Antonio Basco kien qed jistenna knisja kważi vojta għall-funeral ta’ martu li tilfet ħajjitha fi sparatura f’El Paso f’Texas fl-Istati Uniti f’Awwissu.
Iżda wara li fetaħ l-istedina għall-komunità kollha, jidher li dawn laqawha u bil-kbir hekk kif tant attendew għall-funeral li kellha tinbidel il-knisja fejn kien se jsir.
Basco spiċċa b’ħalqu miftuħ hekk kif ma setax jemmen li 700 persuna laqgħu l-istedina u attendew għall-funeral ta’ martu biex jagħtuha l-aħħar tislima.
Martu, Margie Reckard, tilfet ħajjitha fl-età ta’ 63 sena fi sparatura li ħalliet 22 persuna mejta wara li raġel fetaħ in-nar fuq folla f’ħanut ta’ Walmart.