Żewġ nisa mill-Kungress ma jitħallewx jidħlu l-Iżrael – One News

Notifiki

Żewġ nisa mill-Kungress ma jitħallewx jidħlu l-Iżrael

L-Iżrael qalet li żewġ nisa partikolari mill-Kungress Amerikan mhux se jitħallew qatt jidħlu fil-pajjiż wara kummenti negattivi fuqu. 

Id-Demokratiċi Rashida Tlaib u Ilhan Omar, li jsegwu r-reliġjon Musulmana, kienu skedati li jżuru l-Iżrael fl-aħħar jiem, iżda l-Prim Ministru Benjamin Netanyahu qal li huma mhux se jitħallew jidħlu fil-pajjiż minħabba li, fl-opinjoni tiegħu, iż-żjara tagħhom kienet intenzjonata biss biex issaħħaħ boycott li diversi pajjiżi qed isegwu kontra l-Iżrael, u għalhekk, dawn iż-żewġ nisa huma theddida għall-leġittimità tal-pajjiż.

Min-naħa tiegħu, il-President Amerikan Donald Trump għamel pressjoni biex l-alleat Iżraeljan ta’ pajjiżu jmur lura minn din id-deċiżjoni, u qal li dan l-aġir juri nuqqas ta’ saħħa kbira fit-tmexxija tiegħu.

Ritratt: Getty Images

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend