Wieġbet mhux ħatja li serqet ċurkett – One News

Notifiki

Wieġbet mhux ħatja li serqet ċurkett

Shova Thapa ta’ 32 sena minn Nepal, li taħdem bħala fattiga baqgħet tinżamm arrestata wara li wieġbet mhux ħatja li serqet ċurkett mill-imgħallem tagħha. 

Thapa dehret quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Staface akkużata li serqet ċurkett li jammonta għal €400 mingħand li kienet taħdem magħha.

L-akkużata ġiet mixlija b’serq aggravat.

L-avukat difensur, Joseph Calleja qal li l-akkużata mhix ħatja u ressaq talba għall-ħelsien mill-arrest.

Filwaqt li l-Ispettur li mexxa l-prosekuzzjoni, Joseph Xerri oġġezjona għat-talba tal-ħelsien mill-arrest għaliex l-akkużata ilha Malta ħames xhur biss u ma għandhiex residenza fissa f’Malta. Il-Prosekutur sostna li l-akkużi li qed taffaċċja l-mara tista’ teħel sa massimu ta’ tliet snin ħabs. Filwaqt li saħaq li r-reat li qed tiġi mixlija bihom huma offiżi serji.

Iżda d-difiża tenniet li għalissa l-akkużata għadha ma nsabitx ħatja u f’dan l-istadju wieħed irid iżomm f’moħħu x’jistgħu jkunu r-riperkussjonijiet jekk tibqa’ tiġi miċħuda mid-dritt tal-libertà.

Il-qorti ma aċċettax il-ħelsien mill-arrest għaliex qalet li l-porċeduri għadhom fi stadju bikri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend