L-MCA bi spezzjonijiet bir-reqqa fuq ir-radji tad-dgħajjes – One News

Notifiki

L-MCA bi spezzjonijiet bir-reqqa fuq ir-radji tad-dgħajjes

L-Awtorità Maltija għall-komunikazzjoni, għandha sehem importanti biex tinżamm is-sigurtà fuq id-dgħajjes irreġistrati f’Malta li jintużaw għad-divertiment. 

Kull dgħajsa irid ikollha radju, li jintuża għall-fini tas-sigurtà f’każ ta’ emerġenza meta jiġu biex jikkomunikaw mal-entitajiet ta’ tiftix u salvataġġ.

Xogħol l-awtorità tal-komunikazzjoni huwa li tagħmel spezzjonijiet u tara li l-apparat jaħdem.

One News iltaqa’ ma’ Alan Cassar – speċjalista tekniku fl-Awtorità, waqt waħda mill-ispezzjonijiet li beda jagħmel fuq ir-radju tad-dgħajsa.

B’reqqa liema bħala beda jeżamina l-apparat.

“Jittieħdu dettalji kollha tal-apparat. Jiġi ittestjat b’apparat. Naraw li l-apparat ikun konfirmi. Niċċekjaw l-frekwenzi. U niċċekjaw il-programming li jingħataw Transport Malta”.

F’każ li tinstab xi ħaġa mhux f’lokha, xogħol l-Awtorità huwa li tibqa’ ssegwi l-każ mill-qrib.

“Sid id-dgħajsa jingħata zmien stipulat biex jirregolariza mal-liġi. Għaldaqstant ibiddel l-apparat ma wieħed konformi”.

Biex isiru dawn l-ispezzjonijiet, l-awtorità Maltija tal-komunikazzjoni tikkordina ma’ Transport Malta, biex kull dgħajsa bir-reġistrazzjoni Maltija tiġi eżaminata.

“Koordinazzjoni ma’ Transport Malta nirċievu direzzjoni jew inkella l-aġent ta’ dgħajjes ikellimna hu. Dan stqarru Alan Cassar, li Technical Specialist tal-MCA.

Cassar jispjega kif għalkemm hawn min ma jieħu gost xejn bl-ispezzjonijiet, dawn huma bżonjużi biex meta tiġi f’xi saram bejn sema u ilma, jkollok dak l-apparat li bih tista’ titlob l-għajnuna.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend