Immigranti ta l-‘Open Arms’ jitniżżlu Lampedusa – One News

Notifiki

Immigranti ta l-‘Open Arms’ jitniżżlu Lampedusa

Numru ta’ immigranti abbord il-bastiment Open Arms tniżżlu Lampeduża biex jingħataw il-kura. Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li dawn tniżżlu mill-bastiment kmieni l-Ġimgħa filgħodu hekk kif dan qed jistenna struzzjoni minn Ruma biex jidħol fil-port ta’ Lampeduża. 

Kelliema għall-NGO qalet lill-midja li f’dik li kienet is-sitt evakwazzjoni ta’ emerġenza minn fuq il-bastiment, erba’ persuni ntbagħtu l-art mal-Gwardja tal-Kosta Taljana wara li sofrew kumplikazzjonijiet mediċi. Il-bqija tal-immigranti tħallew abbord. B’kollox, mal-40 immigrant kellhom jitniżżlu l-art għall-kura fl-aħħar jiem.

L-Open Arms ilu jiem sħaħ iġorr mija, sebgħa u erbgħin immigrant bejn sema u ilma, u dan l-aħħar kien f’għajnejn il-midja dinjija minħabba struzzjoni mill-Minsitru għall-Intern Taljan Matteo Salvini biex ma jingħatax refuġju. Minkejja dan, il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte qal li wara diskussjoni anke mal-Kummissjoni Ewropea, dawn l-immigranti se jitqassmu bejn sitt pajjiżi Ewropej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend