BIR-RITRATTI: Qed tissielet għal ħajjitha wara ħabta kerha f’Għawdex – One News

Notifiki

BIR-RITRATTI: Qed tissielet għal ħajjitha wara ħabta kerha f’Għawdex

Mara ta’ 41 sena mill-Latvja tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involutha f’ħabta bejn żewġ karozzi f’Għajnsielem, Għawdex.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:00.am tal-Ġimgħa fi Triq l-Imġarr. 

Jidher li Daihatsu Terios misjuqa minn mara ta’ 36 sena min-Nadur u li fiha kien hemm ukoll Kanadiża ta’ 45 sena u tliet subien ta’ disa’, ħdax u erbatax-il sena, ħabtet ma’ Jago Geep misjuqa minn Norveġiż ta’ 43 sena li jgħix Kerċem. Riekba fuq din tal-aħħar kien hemm ukoll Amerikan ta’ 47 sena li jgħix ir-Rabat Għawdex, Ġermaniż ta’ 51 sena li jgħix ix-Xagħra, u mara mill-Latvija ta’ 41 sena li tgħix is-Swieqi.

Il-persuni kollha involuti f’dan l-inċident ittieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura, fejn iżjed tard il-vittma ġiet ċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ħelikopter.

Iż-żewġ subien ta’ 9 u 14-il sena gew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi, filwaqt li t-tifel ta’ 11-il sena flimkien maż-żewġ nisa ta’ 36 u 45 sena rispettivament li kienu fil-vettura tal-għamla Daihatsu Terios sofrew minn ġrieħi ħfief.

Il-persuni li kienu riekba mal-vittma fit-tieni karozza lkoll sofrew ġrieħi gravi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Bridgette Sultana li ħatret diversi esperti biex jgħinuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ritratt: Kevin Cauchi

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend