ARA: Mijiet ta’ persuni jkomplu jiċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija bix-xalata – One News

Notifiki

ARA: Mijiet ta’ persuni jkomplu jiċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija bix-xalata

Mijiet ta’ persuni li l-għada ta’ Santa Marija komplew jiċċelebraw.

Għalkemm din id-darba mhux f’xi marċ brijuż fil-pjazza tar-raħal, iżda fuq ix-xtajta , propju għax-xalata. 

Fost Mostin, Imqabbin u Qrendin iltqajna ma’ grupp akkanit minn Ħal Għaxaq.

Hemm min din il-ġurnata tax-xalata ma jitlifha għal ebda raġuni anke jekk xi ftit jew wisq m’għadiex li kienet.

Tkelliemn mal-istoriku Mario Coleiro dwar minn fejn oriġina l-ħsieb tax-xalata.

Hu qalilna: “Ix-xalata tal-festa   prattikament kienet parti mill-festa u bħalma daħlu affarijiet oħrajn fil-festa integrat ruħha bħal aparti miċ-ċelebrazzjonijiet. Eżattament ma nafux meta bdiet u fejn bdiet”

Fl-Armier ma rajniex il-caragades, il-bnadar u l-kant u d-daqq li forsi konna naraw sa ftit snin ilu.  Saħansitra kien hemm min qalilna li llum sħabhom saru jagħżlu xi ġurnata f’razzett għall-kumdità ta’ xi pool u xi ħadd isajjar.

Coleiro tenna: “Illum il-ġurnata x-xalata m’għadiex daqsekk importanti għax dak li jkun bejn minħabba xogħol u ġurnata leave jipreferu jeħodha biex isiefer jew imur holiday aħjar, però rridu nżommu f’moħħna li fil-passat il-vaganza tal-ħaddiem kienet tkun il-ġimgħa tal-festa”.

Iżda, qatt ma tista’ tiġġeneralizza. Tant li kien hemm min tawwal btala biex ix-xalata jgawdiha ukoll.

Intant, dawk li għax-xalata għażlu l-Għadira ltaqgħu ma’ esperjenza mhux tas-soltu. Ħelikopter u dinghy tal-armata setgħu ħasbuhom xi ftit dwar x’kien qed jiġri, sakem min fuq id-dinghy raw lil Sigmund Mifsud, il-maestro ta’ Rockestra li x’ħin tela fuq il-bajja beda jmexxi kunċert żgħir li ħasda bidluha f’ħin ta’ divertiment. Dan f’reklam għal Rockestra bl-organizzaturi jafu li xalata u mhux l-Għadira fis-sajf tiġbed l-eluf u ma setax kien hemm reklam aqwa milli jagħtuhom togħma żgħira ta’ dak li se jiġri fit-28 ta’ Settembru.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *