Raġel minn Ħal Qormi kien immultat €500 wara li grupp ta’ dilettanti tal-festa għamlu ħsara fuq il-faċċata ta’ daru.
Il-każ seħħ f’Ġunju li għadda waqt li xi persuni kienu qed jarmaw għall-festa b’forklifter. Jidher li skidja u baqa’ dieħel f’karozza pparkjata fit-triq, li mad-daqqa spiċċat fil-faċċata tad-dar tal-akkużat. Hawnhekk inqala’ argument li wassal biex persuna ta daqqa ta’ ponn fuq il-bieb tad-dar tal-akkużat.
Mart Carmelo Falzon dlonk avżatu b’li kien ġara, u huwa mar minnufih fuq il-post jitlob spjegazzjoni.
Għalkemm fil-Qorti Falzon qal li kull ma għamel kien li talab spjegazzjoni għal li kien ġara, Pulizija li xehed qal li dan beda’ jgħajjat kemm jiflaħ u jagħti fuq sidru, u jitlob biex jagħtu d-daqqiet lilu u mux lill-bieb ta’ daru. Jidher ukoll li l-akkużat m’obdiex ordnijiet tal-Pulizija, tant li tnejn minnhom indarbu ħafif.
Carmelo Falzon instab ħati li darab lil Uffiċjali tal-Pulizija, li kiser il-paċi pubblika u li m’obdiex ordnijiet tal-Pulizija. Huwa kien immultat €500.