20 persuna oħra arrestati wara sejba ta’ droga – One News

Notifiki

20 persuna oħra arrestati wara sejba ta’ droga

Matul il-lejl li għadda l-pulizija arrestat 20 persuna oħra wara li fi tfittxijiet li saru nstab li kellhom pussess ta’ droga. 

Il-persuni arrestat għandhom bejn 20 u 34 sena li n-nazzjonalità tagħhom tvarja, fosthom Maltin. Dawn l-arresti, mill-iskwadra ta’ kontra l-vizzju tad-droga saru  waqt attivitajet ta’ diveriment fil-limiti tar-Rabat Malta.

Fost dawn il-persuni kien hemm Irlandiż li ġie arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ 66 pakkett bid-droga kokaina, lesta biex tiġi ttraffikata u raġel minn San Ġwann li nstab fil-pussess ta’ sitt pilloli ecstasy, żewġ pakketti bl-MDMA u pakkett kokajina f’ċirkostanzi li juru li kienu lesti biex jiġu ttraffikati fl-istess lejl.

Il-drogi li nsabu huma: kokaina, MDMA, ħaxixa tal-kannabis, pilloli ecstasy u ketamina.

Dan wara li fil-lejl ta’ qabel ġew arrestat 25 persuna oħra fuq pussess ta’ droga.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin u wħud mil-persuni arrestati mistennija jitressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend