Raġel ta’ ħamsa u erbgħin sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ erba’ sulari minn gallarija ta’ lukanda fil-Mellieħa.
Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu għall-ħabta tas-siegħa meta ż-żagħżugħ Ingliż għal xi raġuni waqa’ minn gallarija ta’ lukanda li tinsab fil-limit tal-Marfa fil-Mellieħa.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.