Raġel jittella’ mill-baħar mitluf minn sensieh fiż-żona ta’ Fra Ben – One News

Notifiki

Raġel jittella’ mill-baħar mitluf minn sensieh fiż-żona ta’ Fra Ben

Għall-ħabta tal-17:15, il-pulizija ġiet mitluba l-assistenza fiż-żona ta’ Fra Ben fil-Qawra hekk kif instab raġel mitluf minn sensieh fil-baħar.

Ir-raġel ta’ 60 sena mill-Bożnija-Ħerżegovina li joqgħod San Pawl il-Baħar ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku wara li żewġ persuni li kienu fuq blat fil-viċinanzi tellgħuh l-art.

Ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei sabiex jingħata kura meħtieġa u aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend