Moska: Ajruplan Russu jagħmel inżul t’emerġenza f’għalqa – One News

Notifiki

Moska: Ajruplan Russu jagħmel inżul t’emerġenza f’għalqa

Ajruplan Russu tal-passiġġieri kellu jagħmel inżul t’emerġenza f’għalqa qrib Moska wara li laqat ħafna għasafar. Abbord l-ajruplan indarbu 23 persuna kawża tal-inżul.

L-ajruplan kien qed jivvjaġġa lejn Simferopol fil-Krimeja meta laqat lil dawn l-għasafar, bil-konsegwenza li ġiet ikkawżata problema fil-magni tal-ajruplan.

Il-linja tal-ajru Ural Airlines qalet li l-ajruplan ġarrab ġrieħi estensivi u mhux se jkun qed jerġa’ jintuża għal titjiriet oħrajn.

Ritratt: AFP

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend