BIR-RITRATTI: Jitħawlu 232 siġra taċ-ċipress fiż-Żejtun – One News

Notifiki

BIR-RITRATTI: Jitħawlu 232 siġra taċ-ċipress fiż-Żejtun

Din il-ġimgħa fi triq Strejnu fiż-Żejtun tħawlu 232 siġra taċ-ċipress. 

Dan ħabbritu s-Sindku ta’ din il-lokalità, Doris Abela fuq Facebook. Dan wara d-diskussjonijiet li s-Sindku kellha mal-Perit ta’ Infrastructure Malta.

Hija rringrazzjat lill-Ministru Ian Borg u lit-tim kollu ta’ Infrastructure Malta li taw il-kontribut tagħhom sabiex titjieb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti taż-Żejtun.

Ritratti: Doris Abela/Facebook

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend