Jake Vella u Fabio Spiteri se jgħumu 1.7km biex jiġbru flus għall-klieb abbandunati – One News

Notifiki

Jake Vella u Fabio Spiteri se jgħumu 1.7km biex jiġbru flus għall-klieb abbandunati

Jake Vella, li għandu 10 snin se jgħum flimkien mal-coach tat-Thrialothlon Fabio Spiteri se jkunu qed jgħumu mill-gżejjer ta’ San Pawl sa Buġibba, total ta’ 1.7 km. 

Dan ħabbruh fuq post fuq Facebook, fejn stqarrew li dan se jagħmlu biex jinġabru donazzjonijiet għall-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati.

Jake seraq il-qlub ta’ bosta Maltin. Sfortunatament Jake qiegħed jikkumbatti ma’ kundizzjoni rari bl-isem ta’ ROHHAD.

Filwaqt li Spiteri kien l-ewwel atleta Malti li temm il-kompetizzjoni tat-Triple Ironman.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend