Għaddejja b’ritmu mgħaġġel il-ħidma tal-proġett ‘Malta Air’ – One News

Għaddejja b’ritmu mgħaġġel il-ħidma tal-proġett ‘Malta Air’

Il-kumpanija RyanAir żvelat li fost il-bażijiet Ewropej li se jkunu qed jiċċaqalqu għal fuq kumpanija ġdida li fetħet f’Malta, hemm dawk ta’ Franza, il-Ġermanja u l-Italja.

Il-Malta Air hija kumpanija ġdida tar-Ryan Air u dettalji dwarha tħabbru f’konferenza tal-aħbarijiet mill-gvern Malti u l-kumpanija f’Ġunju li għadda.

Dakinhar il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi kien innota kif permezz ta’ din il-kumpanija, ir-Ryan Air se tinvesti f’Malta madwar biljun ewro. 

F’rapport fuq il-Malta Business Weekly kien spjegat kif meta ħabbret dettalji dwar il-qligħ u l-ġejjieni tal-kumpanija, intqal kif il-proċess li beda f’Mejju għaddej b’ritmu sod.

On a weekly and monthly basis,” kien irrapportat jgħid Neil Soraham il-Kap għall-Affarijiet tal-Finanzi tal-Kumpanija.

Hemm diversi raġunijiet għaliex se jsiru dawn il-bidliet; bir-Ryan Air tgħid ukoll li l-ħsieb hu li tkabbar il-flotta li se jkollha fuq il-Malta Air.

Il-ħsieb hu li sax-xitwa li ġejja, l-ewwel ajruplan fiss f’pajjiżna jkun diġà sab postu.

Hemm 11 il-Boeing 737-800s fuq il-kotba ta’ Malta Air li bħalissa huma bbażati fi Franza u l-Ġermanja fost oħrajn.

Michael O’ Leary, Kap Eżekuttiv tar-Ryan Air, qal li l-bidla li saret permezz ta’ din il-kumpanija tagħti wkoll vantaġġ lill-istess ħaddiema, u tenna li l-kumpanija hija eċitata bl-opportunitajiet li din il-bidla se toffri.

Il-prezzijiet taż-żejt jiżdiedu u ċirkostanzi oħra jistgħu jibqgħu joffru sfida għal numru ta’ linji tal-ajru madwar l-Ewropa, u r-Ryan Air qed tgħid li hija determinata li timla l-vojt li jħallu dawn il-linji tal-ajru.

Ir-Ryan Air għandha l-mira li jkollha mitejn miljun passiġġier fis-sena sal-2024.

Meta tnediet din il-kumpanija l-Ministru Konrad Mizzi kien spjega kif l-Air Malta u l-low cost carriers f’Malta dejjem ħadmu f’sinerġija u b’kordinazzjoni totali mal-gvern fuq l-għażla ta’ rotot.

Iktar minn hekk kien spjegat kif l-istrateġija għall-Air Malta, li din is-sena għamlet l-ewwel qligħ tagħha, hi li din il-kumpanija tibqa’ tissaħħaħ għaż-żmien li ġej, fejn se tesplora wkoll swieq u possibblitajiet ġodda ta’ tkabbir.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend