Facebook jaċċessa konversazzjonijiet privati – One News

Notifiki

Facebook jaċċessa konversazzjonijiet privati

Mijiet ta’ kuntratturi tqabbdu mill-kumpanija ġganteska tal-midja soċjali Facebook, biex jisimgħu u jiktbu dak li ngħad f’numru ta’ konversazzjonijiet privati fuq Facebook

Dan ġie żvelat f’rapport imħejji mill-kumpanija Bloomberg, fejn ingħad li Facebook kien qed jittestja għodda ġdida li tagħmel traskrizzjoni ta’ dak li jingħad f’konverżazzjoni bejn żewġ persuni fuq l-app ta’ Messenger, permezz ta’ kuntratturi li jisimgħuhom.

Ir-rapport jgħid li l-kumpanija Facebook bagħtet numru ta’ konversazzjonijiet anonimi lil tal-inqas kumpanija waħda bbażata f’Kalifornja, u l-impjegati tagħha riedu jisimgħu u jiktbu dak kollu li ntqal fil-konversazzjoni.

Kelliema għal Facebook ikkonfermaw li dan waqaf isir ftit aktar minn ġimgħa ilu.

Dan kollu ġie żvelat sena wara li l-Kap Eżekuttiv ta’ Facebook Mark Zuckerberg stqarr quddiem il-kungress Amerikan, li Facebook ma jismax konversazzjonijiet privati.

Anzi, kien saħansitra sejjaħ din is-suppost qlajja bħala, conspiracy theory.

Iżda issa, sena wara din id-dikjarazzjoni, uħud mill-kuntratturi li tqabbdu jagħmlu dan ix-xogħol – li ma ngħatawx raġuni warajh, tkellmu għax ħassew li ma kienx etiku.

Barra minmn hekk, ħafna impjegati stqarrew li ħassewhom imbarazzati jisimgħu ċertu konversazzjonijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend