Arrestati 25 persuna b’rabta ma’ sejbiet ta’ droga – One News

Notifiki

Arrestati 25 persuna b’rabta ma’ sejbiet ta’ droga

25 persuni li l-età tagħhom tvarja bejn is-17  u t-42 sena. Huma ta’ nazzjonalità diversa u  fosthom hemm Maltin. 

Huma ġew arrestati mill-iskwadra ta’ kontra l-vizzju  tad-droga, matul il-lejl li għadda. Dawn il-persuna ġew arrestati waqt li kienu f’attività tad-divertiment fil-limiti tar-Rabat.

Dan l-arrest seħħ minħabba li kellhom fil-pussess tagħhom droga kokaina, kannabis, ecstasy u ketamina.

Erba’ mill-persuni arrestati huma Serb ta’ 37 sena li joqgħod  San Pawl, Russu ta’ 21 sena Gwardamanġa u Malti ta’ 28 sena minn Ħal Qormi, kif ukoll tfajla ta’ 17 -il sena li ġew arrestati wara li nstabu fil-pussess tagħhom pilloli ecsatsy li ċ-ċirkostanzi juru li kienu lesti biex jiġu traffikati.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin u wħud mil-persuni arrestati mistennija jitressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend