Il-mara f’kontroversja għall-mod kif kienet stmata waqt bachelors party tkellmet ma’ Xarabank u nsistiet li m’għandiex bżonn avukati.
Iżda, fl-istess filmat il-Professur Andrew Azzopardi tenna li l-kwistjoni hawn mhijiex biss ta’ min irċieva l-aġir, iżda iktar ta’ min wettqu.
Biex b’hekk issoktat il-kontroversja dwar dan il-każ li għaqdiet li jaħdmu favur id-drittijiet tan-nisa ddeskrivew bħala wieħed ta’ abbuż u li jirrifletti kif għadha taħsibha s-soċjetà Maltija.
Dan fi stqarrijiet li bħalhom għamlu wkoll politiċi ewlenin. Stqarrijiet li xejn ma niżlu tajjeb mal-mara fiċ-ċentru tal-kontroversja li sostniet biex ħadd ma jindaħal x’jagħmel b’ħajjitha.