Qraba jkeċċu lill-operaturi tat-toroq minn quddies li fakkret is-sena anniversarju mit-traġedja ta’ Genoa – One News

Notifiki

Qraba jkeċċu lill-operaturi tat-toroq minn quddies li fakkret is-sena anniversarju mit-traġedja ta’ Genoa

Għaddiet sena mit-traġedja ta’ Genoa fl-Italja. Traġedja li ħalliet warajha 43 vittma. Dan l-inċident qed jiġi mfakkar b’quddies fi sfond ta’ tensjoni politika qawwija fil-pajjiż Taljan.

Huwa mifhum li l-Kap Eżekuttiv u ċ-Ċermen tal-kumpanija infrastrutturali Atlantia, li ħadmu fuq il-pont li kkollassa f’Genoa, ġew mitluba jitilqu ftit minuti qabel bdiet iċ-ċerimonja minn qraba u ħbieb il-vittmi.

Il-pont, li jagħmel parti minn triq Morandi kkollassa waqt xita qawwija fl-2018 u miegħu ntradmu numru ta’ karozzi. Sal-lum il-ġurnata għad hemm it-tiġrif u t-tifrik tal-ħerba li seħħet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend