BIL-FILMATI: Persuni l-isptar wara li ndarbu ħafif hekk kif murtal waqa' fiż-Żejtun | One News

Notifiki

BIL-FILMATI: Persuni l-isptar wara li ndarbu ħafif hekk kif murtal waqa’ fiż-Żejtun

Ħames persuni ddaħħlu l-isptar wara li murtal waqa’ f’parkeġġ privat fiż-Żejtun.

Il-pulizija kkonfermat ma’ ONE News dan il-każ li ġara fis-sitta u nofs ta’ filgħaxija fejn spjegat kif il-persuni ndarbu ħafif u ddaħħlu minħabba xokk.

Dan l-inċident seħħ fi Vjal 25 ta’ Novembru u fih kienu nvoluti 3 Belġjani u 2 Maltin.

Jirriżulta li l-każ ġara f’parkeġġ ta’ wieħed mill-ħwienet li LIDL għandu f’Malta.

Tim mediku u uffiċjali oħra marru minnufih fuq il-post fejn is-sitwazzjoni ġiet taħt kontroll fi ftit ħin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend