L-ewwel flyover tiżżanżan sal-aħħar tas-Sajf – One News

Notifiki

L-ewwel flyover tiżżanżan sal-aħħar tas-Sajf

Il-ħsieb hu li fl-aħħar tas-sajf tinfetaħ l-ewwel flyover li  se twassal krozzi minn Aldo Moro fil-Marsa għal Ħal Luqa. Eventwalment kif jitelesta l-proġett l-istess flyover se twassal in-nies minn Ħal Luqa għal Aldo Moro fil-Marsa.

Propju lejlet festa pubblika żorna l-ħaddiema li qed jaħdmu fuq il-junction tal-Marsa.  Għalihom ftit hemm ħin għall-mistrieħ, hekk kif bil-ħdud b’kollox għaddejin b’ħidma biex ilestu dak li hu wieħed mill-ikbar proġetti infrastrutturali li qatt saru f’pajjina.

Kien  Raphael Abdilla,  Perit fuq il-proġett, li spjega li l-għan hu li l-ewwel pont tal-proġett jitlesta fi ftit ġimgħat biex jibda’ jintuża minnufih.

“Finalment il-pont biex minn Garibaldi f’Ħal Luqa tingħaqad ma’ Aldo Moro fil-Marsa. Għall-ewwel se jintuża bil-maqlub jiġifieri sal-aħħar tas-sajf se niftħuħ biex minn Aldo Moro titla’ għal Garibali.” Spjega l-Perit Abdilla.

Apparti x-xogħol fuq il-pont, il-Perit Abdilla spjega wkoll li l-ħaddiema ta’ Infrastruttura Malta se jibdew xogħol ieħor li forsi jidher inqas imma huwa daqstant ieħor importanti.

Il-Perit kompla jisgjega, “Se niffokaw aktar fuq xogħlijiet ta’ servizzi. Fosthom tmien culverts taħt l-art li se jkomplu mal-proġett ta’ Santa Luċija. Se niskavaw ukoll dawn l-erba’ lanes li qegħdin fuqhom biex titbaxxa t-triq u tkun tista’ ssir ir-rotta paralell ma’ din li finalment taħdem biex mill-Marsa titla’ għal Garibali.”

Minħabba dawn ix-xogħlijiet, fil-jiem li ġejjin xi sewwieqa li jiffrekwentaw l-inħawi se jesperjenzaw bidla fid-direzzjoni.

Fil-jiem li ġejjin se jkun hemm bidla żgħira. Min ġej min-naħa ta’ Sir Paul Boffa jew Santa Luċija se jingħaqad bl-istess mod iżda se jgħaddi minn lane differenti biex nestendu t-travi tal-ħadid taħt l-erba’ korsiji l-oħra.” Kompla Abdilla.

Il-kobor tal-proġett jirrikjedi ħidma ma taqta’ xejn, tant li jekk hawn min qed jaħseb li fil-jiem li ġejjin ix-xogħol se jbatti xi ftit qed jgħarralu.

Il-kuntraturi u anke Infrastruttra Malta se jibqgħu għaddejjin bix-xogħlijiet normali u tul din il-ġimgħa baqgħu jaħdmu wkoll.” Ikkonkluda Abdilla.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend