Kważi l-klieb kollha li nstabu maħqura fil-Ħamrun sabu familja li adottathom | One News

Notifiki

Kważi l-klieb kollha li nstabu maħqura fil-Ħamrun sabu familja li adottathom

Kważi l-klieb kollha li erbat ijiem ilu nstabu maħqura f’dar fil-Ħamrun sabu familja ġdida.

Ikkonferma dan ma’ ONE NEWS id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali, bid-direttur Noel Montebello jgħid li dsatax diġa’ sabu l-kenn ta’ xi ħadd li lest jindukrahom u jgħożżhom.

Tmient iklieb jinsabu fi proċess ta’ fostering u erbgħa oħra diġa ġew addottati. Sebgħa oħra  hemm familja li tridhom u daqt jinġabru.

Noel Montebello spjega li f’każ ta’ fostering il-familja tipprova tgħix bil-kelb magħha għal numru ta’ jiem qabel tieħu deċiżjoni finali.

L-iktar f’każi fejn diġa’ hemm annimal ieħor id-dar.

L-erbgħa t’iklieb li għad m’għandhomx familja qed jinżammu f’santwarju.

Filwaqt, li min kien responsabbli tat-trattament ħażin ta’ dawn il-klieb mistenni jitressaq il-qorti fil-jiem li ġejjin.   

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend