Jhedded tifla ta' 15-il sena li joqtolha jekk titilqu | One News

Notifiki

Jhedded tifla ta’ 15-il sena li joqtolha jekk titilqu

Raġel ta’ 25 sena mill-Ħamrun inżamm arrestat wara li ġie mixli li kkorrompa tifla ta’ 15 -il sena. Ir-raġel, li ngħata l-ħelsien mill-arrest f’Lulju li għadda, baqa’ jagħmel kuntatt mat-tifla.

Fil-Qorti xehed in-nannu tat-tifla li qal li ra t-tifla tirkeb vann li kien isuq l-imputat u li kien jhedded li joqtolha jekk hi tiddeċiedi li titilqu.

Omm it-tifla xehdet ukoll fl-awla quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli u stqarret li qabdet lil bintha f’gidba li tikkonċerna mowbajl li t-tifla kellha apposta biex tikkomunika mal-imputat.

Barra minn hekk, sabet ukoll xi ittri li l-akkużat kien jibgħatilha. Meta t-tifla fetħet qalbha mal-omm, stqarret li hi kienet qed tibża’ mill-akkużat.

It-tifla ġiet mitluba tixhed fil-Qorti fejn qalet li minn meta l-akkużat ħareġ mill-ħabs, iltaqgħet miegħu darbtejn biss. Minkejja dan, fil-qorti ħareġ li t-tifla ltaqgħet mal-imputat aktar minn darbtejn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend