Jgħid li l-Prim Ministru Ingliż irid Brexit bla ftehim | One News

Notifiki

Jgħid li l-Prim Ministru Ingliż irid Brexit bla ftehim

L-eks kanċillier Philip Hammond akkuża lill-Prim Ministru Ingliż li qed jipprova jkisser il-possibilta li jkun hemm ftehim ġdid ta’ Brexit.

F’artiklu fit-Times, Hammond qal li Boris Johnson qed jagħmel dan billi jagħmel talbiet li l-Unjoni Ewropea m’hi se taċċetta qatt.

Saħaq li Brexit bla ftehim ifisser tradiment għar-riżultat tar-referendum tal-elfejn u sittax.

Hammond qal li l-Parlament se jsemma leħnu, u li Brexit ma ftehim m’għandu jseħħ qatt.

Intant, BBC kwotaw sors tal-Gvern Ingliż li qal li r-Renju Unit se jitlaq mill-Unjoni Ewropea fil-31 t’ Ottubru, minkejja l-isforiz ta’ Hammond biex dan ma jseħħx.

L-istess sors żied jgħid li Hammond bħala kanċillier għamel dak kollu li seta biex iwaqqaf il-preparamenti għat-tluq, filwaqt li mmina n-negozjati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend