Inqabad rieqed ġo skola b'160 pillola ecstasy fuqu | One News

Notifiki

Inqabad rieqed ġo skola b’160 pillola ecstasy fuqu

Raġel ta’ 35 sena mill-Montenegro qed jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li nstab rieqed u fil-pussess tad-droga fl-Iskola Primarja tal-Imsida.

Hawnhekk, Andrej Kristikjevikj inqabad b’ żewġ kili ħaxixa tal-kannabis u 160 pillola ecstasy f’distanza ta’ anqas minn mitt metru ‘l bogħod minn skola. Id-droga li nstabitlu jidher li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.

Fil-Qorti kien innutat li l-iskola inkwistjoni ilha magħluqa sentejn minħabba xogħlijiet li qed isirulha. Hawnhekk l-akkużat wieġeb mhux ħati, iżda ma ngħatax il-ħelsien mil-arrest.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend