Astronawta jagħmilha ta' DJ fuq cruise waqt li qiegħed fl-ispazju | One News

Notifiki

Astronawta jagħmilha ta’ DJ fuq cruise waqt li qiegħed fl-ispazju

L-Astronawta Taljan Luca Parmitano bħalissa jinsab fl-istazzjon internazzjonali tal-ispazju.

Minkejja dan, ma ħalliex din id-distanza twaqqfu milli jkun preżenti fuq cruiseliner.

U dan mhux biss, hekk kif l-astronawta għamilha ta’ DJ waqt il-cruise li bħalissa qiegħed idur il-Mediterran.

Parmitano ħa lezzjonijiet qabel ma ħareġ mill-atmosfera ta’ din id-dinja apposta sabiex ikun jista’ jdoqq waqt dan il-festival fuq l-ilma.

B’hekk Parmitano qed jitqies bħala l-ewwel persuna li qatt daqq fl-istazzjon internazzjonali tal-ispazju.

L-astronawta stqarr li xtaq jiċċelebra l-lingwa komuni bejn ħafna li hija l-mużika.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend