F’Xatt iċ-Ċangaturi, fil-Marsa, hemm dgħajjes li kienu rmunkati minn Transport Malta u saħansitra baqgħu ma nġabrux minn sidhom.
Waħda minnhom saħansitra ilha hemm għal iktar minn sena.
Dawn id-dgħajjes kienu rmunkati wara li kienu ta’ ostaklu fir-rampa fejn jinzlu u jitilgħu d-dgħajjes, bi Transport Malta tagħmel spezzjonijiet spissi bil-għan li l-wiċċ tost ta’ xi wħud ma joħloqx problemi għall-persuni oħra.
Id-direttur għall-infurzar marittimu fi Transport Malta, Patrick Pollacco, spjega kif fl-aħħar ġimgħat saru spezzjonijiet f’Birżebbuġa, Marsaskala, Ta Sliema, Baħar iċ-Ċagħaq u l-Ġnejna
Qabel isir l-infurzar Transport Malta tagħmel kuntatt mas-sid id-dgħajsa jekk ikollha numru ta’ reġistrazzjoni.
Jekk le twaħħal notifika mad-dgħajsa sabiex titneħħa. Izda jekk it-tentattiv ifalli issir l-azzjoni tal-awtoritajiet.
Id-Direttur Infurzar Marittimu saħaq li dan l-infurzar huwa waħda minn sensiela ta’ inizjattivi bil-għan li xtajtjiet jinżammu siguri.
L-appell ta’ Transport Malta huwa biex filwaqt li lkoll ingawdu l-baħar, niftakru li m’aħniex waħedna u li bl-azzjonijiet individwali m’għandniex inpoġġ l-kumdita, jew agħar minn hekk is-sigurta ta’ ħaddieħor f’theddida.