Ritratt xhieda ta' mewt kiefra ta' raġel bejn sema u ilma | One News

Notifiki

Ritratt xhieda ta’ mewt kiefra ta’ raġel bejn sema u ilma

Ritratt mibgħut mill-Forzi Armati ta’ Malta mid-Dipartiment tal-Informazzjoni jixhed il-mewt kiefra li sofriet persuna bejn sema u ilma ‘il bogħod minn xi art kennija.

Immigrant li hu maħsub li ried jaqsam il-Mediterran għall-aspirazzjonijiet aħjar f’ħajtu ntlemaħ bla ħajja fuq dinghy f’nofs ta’ baħar.

Nifhmu li l-immigrant seta’ miet minħabba s-sħana qawwija li taħkem f’nofs ta’ baħar bla kenn għax-xemx li tħallik bil-għatx għall-mewt.

Filfatt hu maħsub li l-immigrant kellu nuqqas ta’ ilma tajjeb għax-xorb.

Quddiem din it-traġedja, ġie salvat immigrant ieħor li ttella’ permezz ta’ ħelikopter u nġab f’Malta għal aktar kura.

Il-kundizzjoni ta’ din il-persuna ġiet deskritta bħala stabbli.

Intant fi tweet il-Ministru Michael Farrugia qal kif l-immigrant li ġie salvat mill-FAM, instab fuq il-katavru tal-immigrant l-ieħor. Huwa żied jgħid li dan huwa x-xogħol li jagħmlu ta’ kuljum il-FAM, iżda tenna li dan ma nistgħux nibqgħu nagħmluh waħedna bħala pajjiż.

Raġel imut u ieħor isalva wara li nstabu mitlufa fuq dinghy

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend