Miżbla ta’ ħwejjeġ fi Triq Ħal Far – One News

Notifiki

Miżbla ta’ ħwejjeġ fi Triq Ħal Far

Xi persuni mhux identifikati mlew parti minn Triq Ħal Far b’diversi affarijiet użati, fosthom  ħwejjeġ, kalzetti u bagalji.

Dan wara li l-Kunsill Lokali taż-Żurrieq kien għadu kif naddaf din il-parti tat-triq ftit qabel.

Il-Ministru Owen Bonnici f’post fuq Facebook qal kif din is-sena d-Diviżjoni tal-Indafa ġa naddfet aktar minn 8,500 tunnellata ta’ skart illegali.

Intant is-Sindku taż-Żurrieq, Rita Grima, appellat sabiex min għandu informazzjoni dwar din l-illegalita, għandu jinforma lill-pulizija b’mod immedjat fuq 21689111.

Min-naħħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista, irringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-cleasing, li f’qasir żmien ġabru dan l-iskart illegali.


Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend