L-awtoritajiet jirtiraw insettiċida li tista’ taffetwa b’mod negattiv l-iżvilupp tat-tfal – One News

Notifiki

L-awtoritajiet jirtiraw insettiċida li tista’ taffetwa b’mod negattiv l-iżvilupp tat-tfal

Tħabbar li b’mod immedjat l-Awtoritajiet tas-Saħħa u l-Ministeru għall-Ambjent ħarġu direttiva li se waqqfet is-sustanza Chloropirifos mis-suq lokali.  

Dan seħħ wara li fl-aħħar ta’ Lulju l-Unjoni Ewropea ħarġet direttiva fuq din l-insettiċida li tintuża globalment.

Joanne Borg Galea, mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumatur, spjegat li l-effetti ta’ din is-sustanza.

Filwaqt  li Malta se tkun qed tipprojbixxi din is-sustanza, ma jista’ jsir l-ebda kontroll fuq frott u ħaxix importat minn pajjiżi barranin.  

Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista qal  minkejja li s-sena l-oħra kien hemm xi raba li fiha nstabu traċċi ta’ din is-sustanza, din is-sena għadha ma nstabet l-ebda traċċa ta’ dan il-prodott mis-suq Malti.

Prodotti li diġà jinsabu fis-suq u għandhom din is-sustanza mhux se jkunu jistgħu jinbiegħu jew jintużaw.

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-agrikoltura Clint Camilleri sostna li l-bidwi Malti u Għawdxi jqatta’ ħin u jagħmel sagrifiċċju biex ta’ kuljum jipprovdi l-aħjar prodott agrikolu lill-konsumatur.

Għalhekk, spjega Camilleri, huma qablu ma’ din id-direttiva tal-Gvern li l-għan tagħha hu li jkompli jitjieb il-prodott agrikolu Malti.

Sabiex jassisti lill-bdiewa, l-Gvern nieda helpline fuq in-numru.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend