Joqtlu lilhom infushom wara li qatlu tliet persuni | One News

Notifiki

Joqtlu lilhom infushom wara li qatlu tliet persuni

Żewġ żgħażagħ Kanadiżi li kienu qed jiġu mfittxija b’rabta ma’ qtil, x’aktarx neħħew ħajjithom b’idejhom.

Awtopsja fuq żewġ katavri li nstabu l-ġimgħa li għaddiet, ikkonfermat li huma ta’ Kam McLeod ta’ 19-il sena u Bryer Schmegelsky ta’ tmintax-il sena.

Huma kienu s-suspettati ewlenin f’tliet każijiet ta’ qtil – il-qtil ta’ koppja Awstraljana u l-qtil ta’ raġel Kanadiż.

Huma kienu ilhom jiġu mfittxija għal dawn l-aħħar ġimgħatejn bit-tfittxija tintemm wara s-sejba tal-katavri qrib Gillam.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend