Hong Kong nieżla fl-abbissi | One News

Notifiki

Hong Kong nieżla fl-abbissi

Il-mexxejja ta’ Hong Kong Carrie Lam wissiet lid-dimostranti li issa ilhom għaxar ġimgħat jipprotestaw kontra l-Gvern Ċiniż biex ma jniżżlux il-belt fl-abbissi.

F’konferenza tal-aħbarijiet rari f’dawn iż-żminijiet kritiċi għal din il-belt, Lam sostniet li s-sitwazzjoni hija waħda perikoluża.

Bi dmugħ kważi f’għajnejha Lam sostniet, “Ħudu minuta, ħarsu lejn beltna u darna, tridu nispiċċaw f’dan l-istat?”

Carrie Lam iffaċjat mistoqsijiet iebsa mill-ġurnalisti li talbuha tkun skjetta u tgħid jekk għandiex awtonomija biżejjed mill-Gvern komunista bbażat f’Beijing.

Filmati li qed iduru wrew vjolenza brutali użata mill-forzi Ċiniżi fi stazzjon tal-ferrovija f’Hong Kong filwaqt li d-dimostranti tefgħu numru ta’ bombi ta’ fuel lejn il-pulizija ta’ kontra l-irvellijiet.

Is-sitwazzjoni prekarja kompliet tiżviluppa fl-ajruport internazzjonali ta’ Hong Kong.

Għat-tieni jum konsekuttiv l-operazzjonijiet fil-mitjar ġew sospiżi hekk kif bosta dimostranti mblukkaw il-bibien minn fejn jgħaddu l-passiġġieri għall-ajruplani.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend