Għall-ħabs wara li waqagħlu l-liżar minn fuq rasu waqt serqa – One News

Notifiki

Għall-ħabs wara li waqagħlu l-liżar minn fuq rasu waqt serqa

Ġorġjan ta’ 42 sena ntbagħat 18-il xahar ħabs wara li nstab ħati li seraq minn ħanut  fin-Naxxar.

Ir-raġel, li huwa klijent regolari ta’ dan il-ħanut, ġie identifikat minn filmati tas-CCTV, fejn juru lill-akkużat liebes lużar tas-sodda fuq rasu, li waqa’ minn fuq rasu u hu ħiereġ mill-ħanut.

Quddiem il-Qorti huwa ġie akkużat li serqa madwar €200 fi flus kontanti u €250 f’cards tal-mobile u li għamel b’€500 ħsara.

Għalkemm il-Georgjan ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud, qalet li hemm biżżejjed provi biex issib lill-akkużat ħati.

Għalhekk bagħtitu 18-il xahar ħabs u ordnatlu jħallas is-somma ta’ €1,046 lil sid il-ħanut.

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend