Dawk il-persuni li jsiefru ta’ spiss għandhom ċans akbar li jimirdu bil-kanċer.
Dan ġie ppublikat fuq sit tal-midja internazzjonali, Medical News, li juri studju dwar kif il-persuni li jsiefru ta’ sikwit fosthom Bdoti u membri tal-ekwipaġġ għandhom ċans akbar li jaqbadhom kanċer.
L-istudju juri li Membri tal-Ekwipaġġ nisa għandhom 50 fil-mija aktar li jaqbadhom kanċer fis-sider u fil-ġilda, min-nisa oħra f’professjonijiet differenti.
Dan minħabba r-radjazzjoni jonizzanti li joħroġ mill-ajruplan.