Tmien immigranti bi problemi ta’ saħħa ddaħħlu Malta – One News

Notifiki

Tmien immigranti bi problemi ta’ saħħa ddaħħlu Malta

It-taqsima marittima tal-forzi Armati ta’ Malta daħħlet f’Malta tmien immigranti, fosthom tfal minn fuq il-vapur tal-għaqda mhux governattiva Open Arms li kellhom bżonn l-assistenza medika. 

Huma waslu Xatt it-Tiben fil-5 p.m. fuq il-patrol boat P21 u malli tniżżlu l-immigranti dehru jiddaħħlu f’ambulanzi li kienu qed jistennewhom fuq ix-xatt.

Dawn l-immigranti kienu qed jagħmlu parti minn grupp akbar ta’ 160 immigrant li fl-aħħar 10 t’jiem ġew salvati mill-vapur ta’ din l-għaqda mhux governattiva.

Ftit tal-jiem ilu l-Forzi Armati Maltin ħarġu sabiex idaħħlu 39 immigrant minn dawk salvati hekk kif dawn kienu ġew interċettati mill-ibħra Maltin. Madankollu l-għaqda mhux governattiva rrifjutat li tagħti dawn l-immigranti lill-Forzi Armati hekk kif Open Arms riedet li l-immigranti kollha li kellha abbord jiddaħħlu f’Malta.

Għalhekk kawża ta’ din id-deċiżjoni tal-Open Arms l-immigranti baqgħu maqbuda bejn sema u ilma.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend