Raġel fil-periklu tal-mewt wara li sofra xi ħruq | One News

Notifiki

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li sofra xi ħruq

Raġel ta’ 27 sena minn Ħat-Tarxien sofra ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sofra xi ħruq waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’residenza fil-Fgura. 

Il-każ seħħ għal ħabta ta’ 11:15 a.m. fi Triq San Tumas il-Fgura.

B’rabta ma’ dawn il-każijiet infetħu żewġ inkjesti mill-Maġistrat Joe Mifsud.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend