Mhux ħati li qatel mara li mietet sentejn wara l-inċident – One News

Notifiki

Mhux ħati li qatel mara li mietet sentejn wara l-inċident

Żagħżugħ mixli bil-qtil ta’ mara li mietet sentejn wara ħabta fl-Imsida ngħata multa ta’ 3,000 ewro. 

Emerson Vella ma nstabx ħati li kkaġuna l-mewt tal-mara iżda l-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joseph Mifsud sabitu ħati li saq bi traskuraġni.

Huwa kien qed isuq karozza Volkswagen Golf fi Triq Dun Karm nhar id-9ta’ Marzu fis-1:30 ta’ filgħodu meta baqa’ dieħel fil-karozza ta’ Catherine Fenech minn Birkirkara.

Taħt xita nieżla l-vittma kienet fit-triq tgħin lil binha li kienet waqfitlu l-karozza tiegħu.

Il-mara kienet għamlet xi żmien fil-periklu tal-mewt u miet fl-1 t’April tal-2017, ftit aktar minn sentejn wara l-inċident.

Ir-raġel kien ġie mixli wkoll li kien qed isuq taħt l-effett tal-alkoħol.

Apparti l-multa imposta fuqu, il-Qorti skwalifikat il-liċenzja tal-imputat għal sena.

L-akkużat ġie assistit mill-avukati Amadeus Cachia u Franco Debono.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend