Il-‘FimBank’ b’riżultati b’saħħithom fl-ewwel 6 xhur tas-sena – One News

Il-‘FimBank’ b’riżultati b’saħħithom fl-ewwel 6 xhur tas-sena

FimBank Group ħabbar li għamel kważi profitt t’10 miljun dollaru fl-ewwel nofs ta’ din is-sena. Dan kien ikkalkulat qabel il-qtugħ tat-taxxa. 

Dan il-profitt huwa 38% aktar minn dak reġistrat fl-ewwel nofs tas-sena l-oħra.

L-assi konsolidati tal-bank sa nofs din is-sena kienu ta’ 1.77 biljun dollaru, 5% inqas mill-istess perjodu tas-sena l-oħra.

Madankollu d-depożiti tal-klijenti tal-bank żdiedu b’65 miljun dollaru.

B’reazzjoni għal dawn ir-riżultati, iċ-chairman tal-bank John Grech wera s-sodisfazzjon tiegħu li l-bank kiseb ir-raba’ riżultati pożittiv konsekuttiv.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend