Fabian Demicoli jikkonferma r-riżenja – One News

Fabian Demicoli jikkonferma r-riżenja

Il-Kap tal-Programmi ta’ Net Television, Fabian Demicoli, ikkonferma r-riżenja tiegħu minn kap tal-programmi tal-istess stazzjon. 

Dan ifisser li għal darb oħra s-sorsi tal-gazzetta KullĦadd mill-qalba tal-Partit Nazzjonalista kienu korretti.

Fil-fatt kienet il-KullĦadd li l-Ħadd filgħodu żvelat kif Fabian Demicoli kellu jingħaqad ma’ kullanna ta’ nies li jħallu l-istamperija. Ma’ lovinmalta Fabian Demicoli qal li se jitlaq għax ried jagħmel xi ħaġa differenti u qal li m’għandux kwistjoni mal-istazzjon. Fil-fatt, fl-istorja żvelata l-Ħadd intqal li Demicoli fittex opportunitajiet ġodda frott l-inċertezza li tirrenja l-istamperija u bħalu qegħdin jagħmlu wkoll numru ta’ ħaddiema oħra. Mal-Partit Nazzjonalista kien ilu jaħdem ħames snin. L-ewwel bħala Kap tal-Kamra tal-Aħbarijiet u eventwalment bħala Kap tal-Programmi. Fl-ewwel kariga kien ħatru l-eks Kap Simon Busuttil u fit-tieni waħda kien ħatru l-Kap ta’ bħalissa Adrian Delia, wara li l-eks Kap Eżekuttiv Pierre Portelli ried Kap tal-aħbarijiet ġdid.

U filwaqt li qal li ġġustifika r-riżenja tiegħu billi qal li ried jagħmel xi ħaġa differenti fl-istess stqarrija Fabian Demicoli qal: “Inħobb il-midja u l-ġurnaliżmu u m’għandiex ħsieb nieqaf għal kollox.” Hawn żied jgħid li ma jridux biss ikun il-full-time bħalissa.

Iżda, fid-Dar Ċentrali kulħadd jaf li r-raġuni vera għat-tluq tiegħu hi dik li l-instabbiltà li hemm ma tinfelaħx. Fil-fatt, mhuwiex l-ewwel u tal-aħħar li se jkun telaq.

Bħalu għamel John Zammit, li kien strateġista li waqgħetlu żokortu fil-Partit Nazzjonalista u f’nofs il-kunflitt ta’ Ġunju li għadda rriżenja wkoll il-Kap Eżekuttiv Pierre Portelli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend