Żorna d-djar li qed jiġu protetti mill-Awtorità tal-Ippjanar | One News

Notifiki

Żorna d-djar li qed jiġu protetti mill-Awtorità tal-Ippjanar

Għaxar binjiet b’karatteristiċi uniċi storiċi ngħataw ordni ta’ protezzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar. 

Fi stqarrija ntqal li b’konsultazzjoni mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, dawn il-binjiet ingħataw grad wieħed jew tnejn.

Fost id-djar li ngħataw l-istat ta’ protezzjoni hemm dik tal-eks Prim Ministru Malti Nerik Mizzi.

Din id-dar tmur lura għas-seklu 17, ftit għexieren ta’ snin wara li l-Kavallieri bnew il-belt il-ġdida fuq l-għolja Xiberras u inċidentalment tinsab faċċata tad-dar fejn twieled Manwel Dimech nhar il-Milied tal-1860. Binjiet oħra protetti huma dawk f’Bormla, l-Qrendi, Ħal Balzan, il-Gżira, Ħal Lija u n-Naxxar.

Binja li mhiex residenzjali li wkoll ingħatat l-istess grad ta’ protezzjoni hija l-knisja ta’ San Ġużepp fil-Manikata. Din il-knisja inbniet ftit wara l-ewwel gwerra dinjija.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend