Xnigħat li Miley Cyrus u Liam Hemsworth m’għadhomx flimkien – One News

Xnigħat li Miley Cyrus u Liam Hemsworth m’għadhomx flimkien

Il-kantanta ta’ fama internazzjonali Miley Cyrus u l-attur Liam Hemsworth temmew ir-relazzjoni tagħhom wara inqas minn sena żwieġ.

Ix-xnigħat ħarġu fl-aħħar ħin wara li Miley tellgħet ritratt tagħha fuq il-pjattaforma Instagram mingħajr ċurkett taż-żwieġ fejn minkejja li ma kinitx liebsa dan iċ-ċurkett, xorta waħda libset il-ġiżirajjen li tilbes is-soltu.

S’issa iż-żewġ artisti għadhom ma kkummentawx rigward din l-aħbar.

Ritratt: Liam Hemsworth/Instagram

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend