Stħarriġ xjentifiku: il-Maltin iridu s-'Central Link' | One News

Notifiki

Stħarriġ xjentifiku: il-Maltin iridu s-‘Central Link’

Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin huma favur li jsir il-proġett tas-Central Link. Żvelat dan il-gazzetta Illum li fi stħarriġ xjentifiku ħarset lejn kif jaħsbuha l-Maltin li għandhu l-għan li jnaqqas it-traffiku f’rotta li llum hija waħda mill-ikbar uġigħ ta’ ras għas-sewwieqa. 

Mistoqsija jekk jaqblux li l-gvern iwettaq il-proġett tas-Central Link 51.6% tal-Maltin ħassew li huwa bżonjuż u għalhekk iriduh isir. Kienu biss 19.5% li kellhom opinjoni kontra u dan minkejja li l-aħħar ġimgħat l-Oppożizzjoni rikbet fuq it-tħassib ġenwin ta’ xi wħud u ħarġet qatta bla ħabel kontra dan il-proġett. Il-kumplament tal-Maltin qalu li għad iridu jifformaw opinjoni dwar dan il=-proġett. L-istħarriġ ħa nota ta’ kif jaħsbuha n-nies li jgħixu fi bnadi differenti tal-pajjiż u dawk favur il-proġett dejjem qabżu lil dawk kontra l-proġett. L-iktar li għadhom inċerti għandux isir jew le huma l-Għawdxin.

Il-proġett tas-Central Link huwa proġett b’investiment kbir li mill-Imrieħel jieħu sa qabel tibda t-tela’ tas-Saqqajja. Uħud kritikawh għax kien hemm min qal li se jinqalgħu siġar li fit-triq li minn Ħ’Attard tieħu sar-Rabat. Xi ħaġa li mhijiex minnha.

Il-verità hi li b’dan il-proġett se jkunu qed jinżergħu 285 siġra,  siġra iktar milli hemm illum il-ġurnata. Dan il-proġett se jinkludi 51,000 metru kwadru ta’ żoni pedonali u ta’ spazji miftuħa biex jitgawdew mill-pubbliku. Se jkun hemm ukoll infrastruttura għal mezzi alternattivi bi 11,000 metru kwadru ta’ korsiji għaċ-ċiklisti. Fuq kollox, u l-iktar importanti, il-proġett tas-Central Link se jnaqqas b’50% il-ħin tal-istennija għal eluf ta’ karozzi li jgħaddu minn din ir-rotta ta’ kuljum, bir-riżultat li jonqsu b’66% l-emissjonijiet u t-tniġġis fl-arja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend