Il-Qorti wara li attakka raġel fi klabb tal-boċċi f'Ħal Qormi | One News

Notifiki

Il-Qorti wara li attakka raġel fi klabb tal-boċċi f’Ħal Qormi

Franky Falzon ta’ 41 sena minn Ħal Qormi baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li kkaġġuna feriti gravi lil raġel ieħor fi klabb tal-boċċi f’Ħal Qormi u li kiser il-kundizzjonijiet tal-liberta proviżorja. 

Il-każ seħħ il-ġimgħa li għaddiet f’Qormi Saint George Boċċi Club, xħin l-imputat mingħajr ħsieb li joqtol, ikkaġuna feriti gravi fuq diversi persuni li kienu f’dan il-bar waqt ġlieda li allegatament qajjem Falzon.

L-avukat tal-għajnuna legali Dr Martin Vella talab għall-ħelsien mill-arrest u spjega kif l-imputat għandu negozju u li jekk jispiċċa l-ħabs dan ser ikollu telf kbir kemm ta’ flus, prodotti kif ukoll klijenti.

Iżda l-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Roderick Agius oġġezzjonat għal dan għax rat kif il-fedina penali tiegħu hija waħda maħmuġa u “mimliha kollha reati”.

Spjegat kif l-imputat għandu problemi kbar ta’ anger managment u li din ma kinitx l-ewwel ġlieda tiegħu. Rat kif l-imputat “kien għadu jixrob il-birra fil-bar fit-tmienja u nofs ta’ filgħaxija”, fejn dan kellu jkun id-dar fi-sitta ta’ filgħaxija minħabba kundizjonijiet tal-libertà proviżorjja.

Il-Qorti mmexxija mill-Maġistrat Charmaine Galea rat kif baqa’ diversi xhieda biex jixhdu f’dan il-każ u saħqet li minħabba intraċċ ta’ provi, li tagħhom l-imputat hu “ħabib” fosthom sid il-bar, ser tiċħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Bid-dmugħ f’għajnejh, l-imputat wieġeb mhux ħati għal dawn l-akkużi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend