Ċina: Madwar 28 persuna tilfu ħajjithom kawża tat-tifun – One News

Notifiki

Ċina: Madwar 28 persuna tilfu ħajjithom kawża tat-tifun

Minn tal-inqas 28 persuna tilfu ħajjithom filwaqt li madwar miljun persuna kellhom jitilqu minn djarhom kawża ta’ tifun fiċ-Ċina.

Uffiċjali qalu li l-imwiet ġew ikkawżati wara li valanga ġarret magħha djar u persuni li kienu fiż-żona.

Madwar 10 persuni għadhom irrapportati nieqsa.

Kien it-tifun Lekima li kkawża l-valanga kmieni s-Sibt filgħodu bejn it-Tajwan u l-kapital taċ-Ċina, Shangai.

Ritratt: BBC

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend