RITRATTI: Serqa f’dar fil-Belt Valletta – One News

Notifiki

RITRATTI: Serqa f’dar fil-Belt Valletta

Tlett persuni mgħammra b’arma taqta’ u bil-ponta daħlu jisirqu minn dar fi ‘Triq Marsamxett fil-Belt Valletta għall-ħabta tan-nofs siegħa ta’ wara nofsinhar.

Fid-dar fil-ħin tas-serqa kien hemm mara ta’ 69 sena mill-Belt stess. Mid-dar insterqu ammont ta’ flus kontanti biex imbgħad huwa mifhum li t-tlett persuni ħarbu minn fuq il-post.

Sorsi fuq il-post qalu li s-serqa tammonta għal madwar €100. Dan filwaqt li qalu kif il-mara ġiet imwerwra mill-ħallelin li heddewha b’ħajjitha.

Ftit tal-mumenti wara fuq il-post waslet ambulanza u t-tim mediku ta l-ewwel għajnuna lil-mara minħabba x-xokk li sofriet.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend