Salvini jibda bil-kampanja tiegħu | One News

Notifiki

Salvini jibda bil-kampanja tiegħu

L-Ewropa trid iċċedi. L-Italja se tibda tiddeċiedi l-futur tagħha hi.”

Kliem il-kap tal-Lega Nord Matteo Salvini fuq Twitter, meta s-Sibt filgħodu beda jfittex l-appoġġ tat-Taljani bl-għajta Prima gli Italiana. – “It-taljani l-Ewwel.”

Dan wara li l-Ħamis filgħaxija sejjaħ għal elezzjoni ġenerali bikrija hekk kif skont hu l-koalizzjoni bejn il-partiti tal-Lega Nord u l-moviment Cinque Stelle ma setgħetx tgħix iktar.

Fl-Italja hemm Gvern ta’ koalizzjoni bejn il-Lega Nord u l-moviment Cinque Stelle u fl-aħħar xhur beda jidher iktar ċar li Salvini kien qed jieħu triq għalih.

F’botta diretta lejn l-avversarji tiegħu, Salvini spjega kif l-Italja m’għadhiex fis-snin tletin u m’hemmx figuri bħal Hitler li se jżomm milli ssir elezzjoni.

Intant il-midja Taljana irrapurtat kif Salvini jixtieq li s-Senat jiddiskuti l-mozzjoni ta’ sfiduċja fil-konfront tal-Gvern ta’ koalizzjoni qabel il-15 ta’ Awwissu.

Għad ma hemmx qbil dwar il-ġurnata li fiha se ssir l-elezzjoni madankollu l-Partit tal-Lega Nord imexxi minn Salvini qed jimbotta biex din issir bejn Settembru u Ottubru li ġej.

Id-deputati Parlamentari taż-żewġ partiti se jiltaqgħu fit-tnax t’Awwissu li ġej biex jiddiskutu l-pass li jmiss.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend