Passjoni li ma tmut qatt u ssaħħar l-għajnejn – One News

Notifiki

Passjoni li ma tmut qatt u ssaħħar l-għajnejn

Il-qofol tal-festi ta’ Santa Marija jintlaħaq fil-ħmistax ta’ Awwissu. Iżda għall-Mostin daqstant ieħor huwa imporanti l-għaxra ta’ Awwissu fejn ifakkru jum l-inkurunazzjoni tal-kwadru tal-Madonna.

Għaldaqstant, fost ħafna attivitajiet, iħejju wkoll spettaklu pirotekniku u din id-darba kien imiss lill-Għaqda tan-Nar Ħmistax ta’ Awwissu li tieħu ħsieb ix-xogħol fuqu.

Fl-għelieqi bejn il-Mosta u l-Imġarr, f’xemx tiżreġ u temperaturi sħan, iltqajna ma’ Lawrence Gauci, wieħed mill-membri attivi tas-soċjetà. Hawn fissrilna kif din is-sena ħejjew towercare li madwaru ddur wirja mill-isbaħ tal-logħob tan-nar.

“Nar sinkorinzzat mal-muzika bhas-soltu imma din is-sena ghandna sfejjer, serpentelli, blalen bil-beraq u affarjiet oħra li jikkonsisti n-nar.” Stqarr Gauci.

Wara li s-sena l-oħra taw spettaklu bl-istess struttura u saħansitra wkoll rebħu il-Festival Nazzjonali tan-Nar tal-Art, il-membri tas-Soċjetà ħasbu biex jirfinaw il-prodott.

Gauci kompla jispjega, “Irridu ngħaqqdu l-blalen kollha u l-fetħiet fis-sistema teknoloġika biex eventwalment nissinkronizzawha mal-mużika.”

Bi ftit li xejn ċans għal provi, staqsejna lil Lawrence kif hu u sħabu jħossuhom f’dawk il-ftit sekondi qabel jibda l-ispettaklu.

Ftit sekondi qabel ma’ xogħol ta’ sena sħiħa se jsaħħar mijiet ta’ pari għajnejn madwar il-pajjiż.

“Emozzjoni kbira. Ma tistax tispjegaha. Ikun hemm min jgħidlek għalfejn tagħmel hekk għax xogħol ta’ sena sħiħa li tispiċċa fi ftit minuti imma hija passjoni li ma tmut qatt.” Ikkonkluda Lawrence Gauci.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *