Mhux ser jagħmlu użu minn plastik li jintuża darba f’attività fuq bajja f’Għawdex – One News

Mhux ser jagħmlu użu minn plastik li jintuża darba f’attività fuq bajja f’Għawdex

Ser tittella’ t-tieni attività mill-programm imħejji għal #SummerFest2019 fejn mhux ser jintużaw single-use plastics.

Dan bil-għan li jinkoraġixxu l-użu ta’ materjali li jkunu jistgħu jintużaw aktar minn darba. B’hekk inkunu qed inaqqsu u bil-mod neliminaw l-użu tal-plastik li jeqred lill-ibħra.

Din hija inizjattiva parti mill-kampanja #SavingOurBlue bil-għan li nissalvagwardjaw il-baħar ta’ madwarna.

Attività ser tittella’ fuq il-bajja ta’ Daħlet Qorrot fin-Nadur.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend