Malta lesta tieħu immigranti li hi responsabbli għalihom….l-Open Arms tirrifjuta – One News

Notifiki

Malta lesta tieħu immigranti li hi responsabbli għalihom….l-Open Arms tirrifjuta

Matul il-lejl, il-bastiment tal-organizzazzjoni mhux governattiva Open Arms salvat 39 immigrant li kienu bejn sema u ilma fiż-żona tat-tfittxija u s-salvataġġ Malti bil-koperazzjoni taċ-Ċentru għall-kordinazzjoni ta’ salvataġġ Malti.

Il-Forzi Armati ta’ Malta bħalissa qiegħda fuq operazzjoni sabiex issalva lil dawn l-immigranti.

Il-Gvern Malti saħaq li l-pajjiż lest li jieħu dawn l-immigranti hekk kif huma ġew salvati f’żona li fiha Malta hija responabbli.

Minkejja dan, Open Arms qiegħda tirrifjuta u qed tinsisti li Malta għandha tieħu 121 immigrant ieħor li ġew salvati f’żona li Malta m’hijiex responsabbli għaliha.

Fi stqarrija, il-Gvern Malti stqarr li l-pajjiż lest li jerfa biss r-responsabbilità tiegħu hekk kif għad m’hemmx soluzzjonijiet oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend