Jitpoġġew travi tal-azzar fuq il-korsija prinċipali – Jinbidlu d-direzzjonijiet fi Triq Aldo Moro – One News

Jitpoġġew travi tal-azzar fuq il-korsija prinċipali – Jinbidlu d-direzzjonijiet fi Triq Aldo Moro

Kmieni dalgħodu bdew jitpoġġew travi tal-azzar fuq il-korsija prinċipali fi Triq Aldo Moro fil-Marsa.

Ħaddiema tal-proġett qegħdin jaħdmu lejl u nhar bil-għan li sal-aħħar tas-sajf ikun lest l-ewwel pont fit-triq.

B’hekk inbidlu kemxejn id-direzzjonijiet li jagħtu għan-naħa t’isfel ta’ Malta. Hemm korsiji ġodda li jagħtu għal Santa Luċija, Ħal Luqa u l-Ajruport sabiex tkompli timbena l-ewwel flyover.

F’avviż Infrastruttura Malta wissiet lill-pubbliku sabiex jaħseb aktar kmieni b’mod speċjali lil dawk li se jkunu qed jaqbdu titjira mill-ajruport. Minkejja dan, id-dewmien m’għandux ikun iktar minn 9 minuti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend